
The 22nd February Pyrotechnics Society
Birżebbuġa
____________________
It-Tnejn 28 ta’ Lulju 2014
Ħruġ min-Niċċa
08:00am
L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990 issellem l-għodwa tal-ftuħ tal-festa bi ħruq ta’ murtali tal-bomba.
12:00pm
Mat-tokki ta’ nofsinhar u l-ewwel mota tal-ġimgħa tal-festa bil-Qanpiena l-Kbira, il-membri tal-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar jaħarqu murtali tal-bomba.
07:15pm
L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar, issellem il-ħruġ tax-xbieha ta’ San Pietru fil-ktajjen bi ħruq ta’ wieħed u għoxrin salut, kaxxa Infernali spanjola, murtali tal-logħob u murtaletti.
____________________
L-Aħħar Tridu
Il-Ġimgħa 1 t’Awwissu 2014
Il-Festa Liturġika ta’ San Pietru In Vinculis
08.00am
L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar issellem l-għodwa tal-Aħħar Tridu u l-Jum tal-festa Liturġika bi ħruq ta’ Murtali tal-Bomba.
12.00pm
Mat-tokki ta’ nofsinhar u l-Mota tal-festa bil-Qanpiena l-Kbira (Jum il-Festa Liturġika) l-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar tagħmel ħruq ta’ Murtali tal-Bomba.
07.15pm
L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar issellem it-tluq ta’ San Pietru fuq il-Baħar mill-Bajja ta’ San Ġorġ għall-Bajja s-Sabiħa bi ħruq ta’ Murtali tal-Bomba.
08.00pm
L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar issellem il-wasla tal-vara fuq ix-Xtajta tal-Bajja s-Sabiħa bi ħruq ta’ Kaxxa Nfernali varjata bil-logħob minn fuq ir-ramla stess.
09.30pm
L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar issellem l-akkumpanjament tal-Vara ta’ San Pietru mill-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 fit-toroq tar-raħal tagħna, bi ħruq ta’ diversi settijiet ta’ Murtali u Murtaletti bil-logħob, kollu xogħol id-dilettanti qalbiena ta’ din l-Għaqda tan-Nar.
11.15pm
L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar issellem għall-aħħar darba tlugħ l-istatwa fuq il-pedestall b’kaxxa infernali varjata tal-kulur, fjammi u prexxex minn fuq ir-ramla tal-Bajja s-Sabiħa.
____________________
Is-Sibt 2 t’Awwissu 2014
Vġili tal-Festa
12.00pm
L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar tagħmel ħruq ta’ Murtali tal-Bomba.
09.45pm
L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar tagħti bidu għal Wirja Spettakolari tan-Nar tal-Ajru, ibbażata l-aktar fuq murtali u murtaletti, Beraq Ikkulurit, Titanium, Murtali tal-Kulur, Blalen u Sfejjer. Fit-tmiem ta’ din il-wirja tinħaraq Kaxxa Infernali tal-kulur. Dan ix-xogħol tan-nar inħadem kollu mill-Membri ta’ din l-Għaqda, frott il-ħidma ulied Birżebbuġa.
11.15pm
Mat-tmiem il-Wirja tan-Nar tal-Ajru, il-membri tal-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar jinżlu l-Pjazza tal-knisja, biex kif jintemm il-Kunċert mill-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 jagħtu bidu għal Wirja kbira tal-Logħob tan-Nar tal-Art kollu Artistiku u Mekkanizzat. Din il-wirja saret imfittxija minn bosta dilettanti Maltin. Se naraw diversi rdieden kbar bl-Ingranaġġi, Imqassijiet, Ktajjen, Funtuni tal-Kulur, Gassijiet tad-dawl, Inġenerija kbira u kwalità ta’ nar ta’ livell għoli tassew. Dan ix-xogħol huwa kollu frott il-ħidma tal-membri ta’ din l-Għaqda, ulied Birżebbuġa.
____________________
Jum il-Festa
Titular ta’ Birżebbuġa
08.00am
L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar issellem l-Għodwa ta’ Jum il-festa bi Ħruq ta’ Murtali tal-Bomba.
12.00pm
Mat-tokki ta’ nofsinhar u l-Mota ta’ Jum il-festa, l-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar tagħmel ħruq ta’ Murtali tal-Bomba.
07:15pm
L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar issellem il-Ħruġ solenni tal-Purċissjoni bil-Vara u l-Insinji Relikwija ta’ San Pietru Appostlu b’wieħed u għoxrin tir ta’ Salut u Kaxxa Infernali Spettakolari b’settijiet ta’ murtali u murtaletti kkumnikati fiha. L-istess għaqda tan-Nar takkumpanja l-Purċissjoni tal-Vara ta’ San Pietru fit-toroq ta’ Birżebbuġa b’diversi Murtali kbar tal-Logħob kollu xogħol il-membri ta’ din l-Għaqda, ulied Birżebbuġa.
10:45pm
Il-Membri tal-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar jaslu l-Knisja biex flimkien mal-Kappillan il-Kan. Dun Anton Galea Scannura jinġabru flimkien taħt il-vara Titulari u jagħmlu eżortazzjoni qasira ta’ talb bħala Qima u ringrazzjament lil Alla. Il-membri tal-istess Għaqda jqiegħdu bukketti ta’ fjuri f’riġlejn il-Vara Titulari b’ringrazzjament lil San Pietru tal-Protezzjoni tiegħu matul is-sena u l-ġimgħa tal-festa.
11:00pm
Il-Banda Birzebbuga A.D. 1990 tagħti bidu għall-marċ tradizzjonali magħruf bħala l-Marċ tan-Nar u r-Reffiegħa. Dan se jibda minn Triq Birżebbuġa, f’tarf il-Pjazza tal-Knisja u jibqa’ nieżel sax-xatt fejn l-istatwa artistika ta’ San Pietru proprjetà tas-Soċjetà titniżżel minn fuq il-pedestall tagħha. Il-Vara ta’ San Pietru tiġi akkumpanjata miIl-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 b’marċ brijuż tul Triq Birżebbuġa sa quddiem is-Sede tas-Soċjetà. Hawnhekk jintlaqgħu r-Reffiegħa tal-vara Titulari kif ukoll il-membri tal-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar. Il-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 ssellem lil dawn id-dilettanti bl-Innu lid-Dilettanti tan-Nar li Mro. Michael Bugelli kkompona fl-1991. Il-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 ittemm dawn il-festi bid-daqq tal-Innu tal-Banda Birżebbuġa u l-Innu Popolari Lil San Pietru.